Wara l-laqgħa li saret bejn is-Segretarju tal-Istat Amerikan Mike Pompeo u Kim Jong Un, inħelsu it-tliet pruġunieri Amerikani li kienu miżmuma ġewwa l-Korea ta’ Fuq.
Dan sar magħruf permezz ta’ tweet li għamel il-President Amerikan fejn qal li t-tliet priġunieri se jkunu meħlusa u li jinsabu f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba. Imbagħad fi tweet oħra kiteb li se jkunu qegħdin jaslu l-Istat Uniti ġewwa l-Bażi ta’ Andrews u għandhom jaslu għas-sagħtejn ta’ filgħodu ħin Amerikan.
I am pleased to inform you that Secretary of State Mike Pompeo is in the air and on his way back from North Korea with the 3 wonderful gentlemen that everyone is looking so forward to meeting. They seem to be in good health. Also, good meeting with Kim Jong Un. Date & Place set.
— Donald J. Trump (@realDonaldTrump) May 9, 2018
Secretary Pompeo and his “guests” will be landing at Andrews Air Force Base at 2:00 A.M. in the morning. I will be there to greet them. Very exciting!
— Donald J. Trump (@realDonaldTrump) May 9, 2018
It-tlett priġunieri kienu akkużati li kienu attivisti kontra l-istat Korean.
Kim Dong Chul kien arrest fit-2 t’ Ottubru tal-2015, fejn kien sid ta’ ħanut f’Rason, fil-Korea ta’ Fuq. Huwa kien akkużat li spjuna kontra l-Gvern Korean. F’April 2016, is-Sur Kim weħel għaxar snin ta’ xogħol iebes.
Tony Kim huwa professur li ġie arrestat waqt li kien qiegħed xahar fil-Korea ta’ Fuq bħala guest lecturer ġewwa l-Università ta’ Pyongyang tax-Xjenza u t-Teknoloġija. Tony kien arrest fit-22 t’April 2017 ġewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Sunan. Qabel ma żar il-Korea ta’ Fuq, Tony Kim kien professur fl-Università ta’ Yanbian tax-Xjenza u t-Teknoloġija, li tinsab fil-belt Ċiniża ta’ Yanji.
Kim Hak Song kien jaħdem ukoll ġewwa l-Università ta’ Pyongyang u ġie arrestat fis-6 ta’ Mejju 2017.
Mhuwiex magħruf jekk Tony Kim u Kim Hak Song ingħataw sentenza ta’ priġunerija.