Il-Korea ta’ Fuq kemmxet xufftejha hekk kif l-Istati Uniti baqgħu ma neħħewx is-sanzjonijiet fil-konfront tal-pajjiż Ażjatiku.
Fil-fatt, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Korean qal li minkejja bosta ġesti ta’ rieda tajba, l-Istati Uniti baqgħu isegwu storja tal-passat, u qed ipoġġu f’periklu kull pass lejn denuklearizzazzjoni.
L-Istati Uniti qed isostnu li qabel jitneħħew is-sanzjonijiet fil-konfront tal-Korea ta’ Fuq, l-Istati Uniti qed jitolbu diżarmament nukleari komplet