Skont rapporti maħruġa mill-midja fil-Korea ta’ Fuq fi Pyongyang, it-tixrid tal-Covid-19 fil-pajjiż beda għaliex xi ċittadini ġew f’kuntatt ma’ oġġetti aljeni li waqgħu ħdejn il-fruntieri li l-pajjiż għandu mal-Korea t’Isfel.
Fil-fatt iċ-ċittadini ġew imwissija biex ikunu kawti madwar oġġetti li jaf qasmu l-fruntieri mill-Korea t’Isfel.
Għal snin twal, attivisti mill-Korea t’Isfel għamlu użu minn bżieżaq sabiex jibgħatu fuljetti u għajnuna umanitarja.
F’reazzjoni għal din l-allegazzjoni, il-Korea t’Isfel qalet li m’hemm l-ebda possibilità l-Covid-19 seta’ qasam il-fruntieri b’dak il-mod.