Il-Korea ta’ Fuq qalet li għad għandha r-rieda li meta trid titkellem mal-President tal-Istati Uniti, Donald Trump wara li ħassar il-laqgħa tiegħu ma’ Kim Jong-Un.
Il-viċi ministru tal-affarijiet barranin, Kim Kye-gwan qal li d-deċiżjoni ta’ Trump kienet estremament ta’ dispjaċir.
Il-President Trump ta t-tort lill-ostilità miftuħa tal-Korea ta’ fuq, li wasslet biex il-laqgħa ġiet ikkanċellata.
Is-summit kien ikun l-ewwel darba li President tal-Istati Uniti jiltaqa’ ma’ mexxej tal-Korea ta’ fuq.
Qabel id-deċiżjoni ta’ Trump, il-Korea ta’ Fuq qalet li wettqet il-wegħda tagħha li żżarma l-mini fl-uniku sit tat-test nukleari tagħha.