Il-Korea ta’ Fuq kompliet bit-testijiet tal-missili fil-Baħar tal-Ġappun għall-ewwel darba mindu Joe Biden inħatar President tal-Istati Uniti.
Dan anke jekk skont riżoluzzjonijiet mill-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda l-pajjiż m’għandux permess iwettaq dawn it-testijiet, għaliex l-armi huma ta’ theddida kbira.
Il-Ġappun u l-Korea t’Isfel it-tnejn ikkundannaw dan.