Il-Korea ta’ Fuq qed twissi lill-Istati Uniti li se tkun qed tkompli tispara l-missili bħala prova, dan skont uffiċjal maġġuri f’Pyongyang, minkejja l-kundanna internazzjoni u ż-żieda fit-tensjoni military mal-Istati Uniti.
“Se nkunu qed inkomplu nisparaw missili bħala prova kull ġimgħa, xahar u kif ukoll fuq bażi ta’ sena,” qal dan il-Viċi Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Korea ta’ Fuq, Han Song-ryol.
Hu qal li se jkunu qed ilestu għal gwerra jekk l-Istati Uniti tieħu azzjoni militari.
Kmieni lbieraħ, il-Viċi President tal-Istati Uniti, Mike Pence, qal li l-paċenzja strateġika mal-Korea ta’ Fuq waslet fi tmiemha.