Il-diversi impenji tal-Kor Gaulitanus għall-żmien il-Milied għal darba oħra jilħqu l-qofol tagħhom fl-ewwel jum tas-sena l-ġdida b’kunċert mużikali.
Fil-fatt nhar il-Ħadd 1 ta’ Jannar il-kor Ghawdxi se jtella’ s-7 edizzjoni tal-kunċert annwali ‘A New Year’s Toast’. Dan se jsir ġewwa l-lukanda Kempinski San Lawrenz, Għawdex u jibda fis-7.30pm. Id-dħul għall-kunċert, li se tittella’ bl-għajnuna tal-Kempinski, BOV u Playpen, huwa b’xejn.
Bħal dejjem se jiġi ppreżenat repertorju ferrieħi adattat għall-okkazzjoni illi żgur se jissodisfa lil min jagħżel li jiftaħ is-sena b’din l-attività mużikali. Bċejjeċ tapici Natalizji u medley mexxejja minn Mary Poppins se jalternaw ma’ siltiet korali Ingliżi u ma’ oħrajn semi-folkloristiċi Maltin, li żgur jiggarantixxu serata li tpaxxi kemm il-widna kif ukoll lill-ispirtu! Mal-Kor Gaulitanus se jinqagħdu s-solisti tiegħu, b’direzzjoni mużikali u artistika tal-fundatur u direttur tal-kor Colin Attard.
Il-kunċert se jiġi rrepetut fiċ-Ċentru Kulturali Russu, il-Belt Valetta, grazzi għall-kollaborazzjoni tad-direttur taċ-ċentru Andrey Muraviev, nhar il-Gimgha 11 ta, Jannar 2019 fis-7.00pm.
Din l-attività, li se ssir wara t-tlett mawriet li l-kor għamel b’suċċess barra minn Malta, se tagħlaq l-ewwel parti tal-istaġun tal-kor għall-2018-19.