Iż-żwieġ mingħajr namur, konsegwenzi u dulur.
Hekk jgħidu u tabilħaqq iż-żwieġ irid ikun wieħed mimli mħabba bejn koppja li tgħaddi minn perjodu partikolari ta’ preparamenti kbar għal ġurnata memorabbli fil-jum tat-tieġ.
Bħalissa fl-MFCC Ta’ Qali għaddejja l-fiera tat-tiġijiet u ma setax jonqos li fiha kien hemm bosta negozji jesebixxu x-xogħol u s-servizzi li joffru għal jum tat-tieġ u anki wara, fosthom għall-qamar il-għasel.
Konxji mill-fatt li t-tiġijiet saru iżjed kumplessi u xi kultant il-koppji jagħmlu talbiet ta’ barra minn hawn, b’kurżità liema bħala staqsejna lil xi wħud, x’kienet l-iktar talba stramba li waslitilhom għal tieġ.
Suzanne Vella, sid ta’ negozju spjegat kif“illum il-ġurnata tisma’ ħafna affarijiet għax l-għarajjes jipprovaw ikunudifferenti. Il-beach weddings huma l-aktar li jitilbu u anke biex jgħidlek isma ħa nbiddel bil-malja. Illum il-ġurnata jippruvaw ikunu ħafna oriġinali u differenti.”
Persuna oħra f’dan il-qasam tkellem magħna dwar tieġ li kien mimli fantasija kkulurita.
Clayton Zahra, organizzatur tat-tiġijiet qal kif “M’ilux mhux talbuni, rajt lil xi ħadd li litteralment libsu ta’ xi karattri tal-cartoons fit-tieġ. Jiġifieri litteralment huma lebsin dak it-tip ta’ karattri. Xi ħaġa differenti minn dan.”
Il-Ħamis filgħaxija fetħet il-fiera tat-tiġijiet, b’xejn inqas minn mija u sittin esebitur.
Preżenti għal ftuħ kien hemm is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Protezzjoni tal-Konsumatur Deo Debattista li faħħar l-inizzjattiva u spjega kif din il-fiera għandha funzjoni ekonomika importanti f’pajjiżna.