Malta għandha l-anqas rata ta’ twelid ta’ trabi fix-xhur sajfin.
Statistika maħriġa mill-Eurostat turi kif il-Maltin huma l-anqas li jkollhom trabi fix-xhur ta’ Ġunju, Lulju u Awwissu, bl-istatistika tgħid kif fl-2017 kien hemm 1.3 miljun tarbija li twieldu fl-Unjoni Ewropea bil-medja tkun 26.2%.
L-ogħla rata ta’ twelid ta’ trabi ġiet irreġistrata fl-Islovenja u fl-Estonja b’5,528 u 3,760 tarbija rispettivament – 27.3%.
Malta kellha l-anqas rata b’1,079 tarbija – 25%.