Vjaġġ tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May intemm ħesrem hekk kif il-konvoj li kienet fuqu kien involut f’inċident. Jidher li żewġ muturi tal-Pulizija li kienu abbord waqgħu fil-baħar.
Theresa May kienet qed jivvjaġġa mill-Belġju wara ċerimonja li fakkret Jum l-Armistizju mal-Prim Ministru Belġjan Charles Michel. Jidher li l-ħabta bil-konvoj seħħet viċin il-kwartieri ġenerali tan-NATO f’Mons.
Żewġ persuni ttieħdu l-isptar iżda għadu mhux ikkonfermat jekk hemmx xi persuni oħra midruba.