Fost l-ewwel prijoritajiet għall-President elett tal-Istati Uniti, Joe Biden, hemm il-kontroll tat-tixrid tal-Coronavirus.
Meta kien qed jispjega l-ewwel pjanijiet għat-tmexxija tal-Amerka, it-tim ta’ Biden qal li se jsiru aktar testijiet, u l-Amerikani se jiġu mitluba jilbsu l-maskri.
Biden mistenni jħabbar task force ta’ tnax-il membru dwar il-COVID-19.
Donald Trump għad irid jikkonċedi, u r-rebħa ta’ Biden għadha mhix uffiċjali hekk kif numru ta’ stati għadhom qed jgħoddu l-voti.
Minkejja dan, id-Demokratiku qed iħabbar il-pjanijiet tiegħu għal meta jassumi l-poter f’Jannar, wara li diversi netwerks maġġuri fl-Amerka, is-Sibt qalu li l-elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti ntrebħet minn Joe Biden.