Hija żgħira t-tama li n-nies mitlufin taħt l-ilmijiet li kkawża l-maltemp qawwi fil-Libja jinstabu kollha ħajjin.
Kliem l-Ambaxxatur Malti għal-Libja Charles Saliba f’kumment telefoniku ma’ dan l-istazzjon, fejn magħna spjega l-ħerba li ħalla l-għargħar f’diversi żoni madwar il-pajjiż.
L-Ambaxxatur Saliba qalilna kif Malta hija waħda mill-akbar kontinġenti li se jgħinu lil-Libja f’din l-operazzjoni ta’ salvataġġ.
Isma’ x’qal l-Ambaxxatur Charles Saliba: