Fl-Omelija tal-quddiesa fil-ftuħ tat-tlettax-il Parlament, l-Arċisqof Charles Scicluna tkellem dwar “is-suġġett fundamentali tal-kontabbiltà” fejn qal kif din “il-Kelma ta’ Ġesù tfakkarna li hemm diversi livelli ta’ kontabbiltà: kontabbiltà lejn il-kuxjenza ta’ dak li jkun, kontabbiltà lejn is-soċjetà, u, f’sens eskatoloġiku kontabbiltà lejn Alla, li waħdu jiżen u jiġġudika l-qlub tal-irġiel u n-nisa fil-verità u l-ġustizzja.”
Sostna kif il-Mulej jgħallimna biex ma mmaqdrux il-fedeltà fl-affarijiet iż-żgħar tal-ħajja. Din il-fedeltà tinkludi l-fedeltà fl-affarijiet iż-żgħar ta’ kuljum, il-ħafna laqgħat u l-ħafna deċiżjonijiet li ma jidhrux fl-ewwel paġni tal-aħbarijiet tal-għada, li, iżda jibnu s-sinsla tal-governanza u tal-qadi lill-komunità. “Min hu fidil fil-ftit hu fidil fil-ħafna.”
Aqra l-Omelija hawn isfel:
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/06/48-OMELIJA-FTUH-TLETTAX-IL-PARLAMENT-MT.pdf” title=”48 OMELIJA FTUH TLETTAX-IL PARLAMENT MT”]