Id-Dekan tal-Fakulta’ tas-Social Wellbeing fl-Universita ta’ Malta Andrew Azzopardi laqa’ d-decizjoni tal-Gvern li fl-ewwel mitt jum nieda konsultazzjoni ppubblika dwar il-VOT 16. Huwa sejjaħ din id-decizjoni bħala ahbar tajba u qal li forsi sa naslu f’punt li z-zghazagh ma jkunux biss ucuh sbib jippożaw wara l-mexxejja.
“Good News. Aħbar tajba.” Hekk iddeskriva l-aħbar li l-pajjiż beda jiddiskuti l-estensjoni tal-VOT16 għall-elezzjonijiet ġenerali u tal-Parlament Ewropew id-Dekan tal-Fakultà tas-Social Wellbeing fl-Università ta’ Malta.
“Il-fatt li fid-99 jum ta’ dan il-gvern ġdid telqet din il-konsultazzjoni hi aħbar tajba,” qal Azzopardi li semma l-artiklu tiegħu ġurnata tajba għall-dawk li għandhom sittax u sbatax –il sena.
“Forsi se naslu f’punt fejn iż-żgħażagħ ma jkunux biss uċuh sbieħ jippożaw u jċapċpu wara l-mexxejja tagħhom,” qal Andrew Azzopardi li tenna li ż-żgħażagħ għandhom jieħdu sehem fil-bidliet u t-trasformazzjoni li jridu għall-komunità tagħhom.
Andrew Azzopardi jemmen li dan il-lobby ta’ kważi disat elef votant jista’ jwassal biex jinfluwenza b’mod tajjeb il-klassi politika.
Jinnota kif hemm min forsi m’għandux daqstant fiduċja fiż-żgħażagħ jew ġenwinament imħasseb dwar kemm iż-żgħażagħ f’din l-età jista’ jkun jimpurtahom minn dak li għaddej.
“Ma naqbilx,” jikteb Azzopardi li jemmen li ż-żgħażagħ jistgħu jikkontribwixxu b’mod pożittiv.
“Jien komdu ħafna b’żgħażagħ madwar l-imwejjed fejn iridu jittieħdu d-deċiżjonijiet,” qal Azzopardi li maż-żgħażagħ jiltaqa’ fix-xogħol tiegħu u jirriċerka dwarhom akkademikament.