Il-Konsulent Kardjologu Robert Xuereb ġie onorat bħala membru tal-Ordni Nazzjonali tal-Meritu.
Dott Robert G. Xuereb, Konsulent Kardjologu, huwa pijunier fil-kardjoloġija f’Malta.
Huwa kien il-President tas-Soċjetà Maltija tal-Kardjologija bejn l-2013 u l-2023. Kien Membru tal-Kumitat tan-Nomini fuq il-Bord tat-Tmexxija tas-Soċjetà Ewropea tal-Kardjoloġija 2020 2022 u bħalissa huwa ċ-Chairperson tad-Dipartiment tal-Kardjologija tal-Isptar Mater Dei.
Dott Xuereb kien ewlieni fit-twaqgif tal-ewwel servizzi tal-kardjoloġija ta’ intervenzjoni bbażat f’Malta fil-bidu tad-disgħinijiet. Huwa kien strumentali fl-introduzzioni ta’ diversi innovazzionijiet fil-kura tal-pazjenti bil-mard tal-qalb li jvarjaw minn CT scan tal-arterji tal-qalb u MR tal-qalb, għal ablazzioni ta’ fibrillazzioni atrijali, għat-tpoġġija ta’ stents fl-arterji tal-galb bi preċiżjoni bl-użu ta’ ultrasound intravaskulari u kejl tal-pressjoni, litotripsija intravaskulari, għat-tiswija tal-valv mitrali bl-użu ta’ katiters perkutanji, impjantazzioni ta’ żewġ valvoli b’mod perkutanju għar-rigurġitazzioni tal-valv trikuspidu, okklużjoni tal-appendiċi atrijali tax-xellug biex tevita puplesiji u għat-tpoġġija ta’ apparat li jgħin il-funzjoni tal-ventrikolu tax-xellug li jkun għajjien.
Huwa kkonsolida I-programm ta’ taħrig tal-kardjologija għall-ogħla standards Ewropej u stabbilixxa s-sottospeċjalitajiet tal-kardjologija klinika, il-kardjologija intervenzjonali, l-immagini tal-qalb avvanzata, I-elettrofiżjologija u l-pacing. Huwa waqqaf bosta kliniċi tal-kardjologija speċjalizzati ġodda.
Wara s-suċċess tal-laqgħat li organizza għall-kardjologi konsulenti u kirurgi tal-galb mill-Ewropa, I-Amerika t’ Isfel, u I-Lvant Nofsani, id-Dipartiment tal-Kardjoloġija tal-Isptar Mater Dei issa huwa rikonoxxut bħala ‘Ċentru ta’ eċċellenza’ fil-kardjologija koronarja ta’ interventi u kardjologija ta’ interventi strutturali tal-galb fix-xena tal-kardjoloġija globali.
Dott Xuereb ged ikompli jistinka bis-sħiħ għat-tnaqqis tal-mard kardjovaskulari u l-imwiet mill-mard tal-qalb f’Malta.