Il-konsistenza, id-diplomazija, il-paċi u n-newtralità ta’ pajjiżna se jkunu diskussi waqt Bla Fruntieri tal-Ħadd 16 ta’ Marzu.
Tul il-programm li jixxandar fl-10am, is-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista John Grech ifakkar kif pajjiżna dejjem kien interlokutur ta’ paċi u anke kien strumentali fit-tmiem tal-gwerra bierda meta f’ pajjiżna ltaqa’ Bush u Gorbachev.
Illum minkejja li l-affarijiet jinbidlu ta’ kuljum, pajjiżna xorta qed jibqa’ jsejjaħ ghall-paci u qed jibqa’ konsistenti fil-ħidma tiegħu.
Tul il-programm insegwu siltiet mid-diskors tal-Prim Ministru waqt li stqarrija ministerjali fil-Parlament u anke permezz ta’ servizzi ohra, nieħdu lit-telespettaturi fil-ġranet li għaddew u nfakkru wkoll fil-pożizzjoni konsistenti tal-Prim Ministru Robert Abela sa min qabel iltaqa’ summit fi Brussell il-ġimgħa l-oħra.