“L-attakk fuq ġurnalista minn wieħed mill-ikbar sostenituri ta’ Bernard Grech huwa sintomu tal-politika tal-konfront u l-partiġġjaniżmu sfrenat li l-Kap tal-Oppożizzjoni u dawk li jappoġġjawh jipprattikaw ta’ kuljum”, qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista.
Il-Partit Laburista sostna li d-diskors diviżiv, l-attitudni l-attakk fuq kull min għandu opinjoni differenti huma r-regola tal-ġurnata għall-fazzjoni ta’ Bernard Grech. Dan deher b’mod evidenti dalgħodu fil-konfront tal-ġunalista li Bernard Grech stiedent biex tintervistah.
“Dan l-attakk seħħ mill-istess persuna li l-Qorti diġà kkundannatu għal attakki simili fuq deputat tal-Gvern”, tenna l-Partit Laburista,
Il-Partit Laburista temm jgħid li Bernard Grech qed jinstiga dan it-tp ta’ aġir u huwa għalhekk li min jappoġġjah ma ħasibhiex darbtejn biex jattakka lill-ġurnalist għaliex Grech stess attakka ġurnalist li beda jagħmillu mistoqsijiet li ma għoġbuhx.