Kollox jinsab lest għal tmiem il-ġimgħa mill-aktar impenjattiv għall-Partit Laburista.
Dan hekk kif is-Sibt ser tkun qed issir l-elezzjoni għal-konferma tad-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għall-Affarijiet tal-Partit.
Kariga li għaliha tefa’ n-nomina l-Perit Daniel Micallef.
One News żar iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun hekk kif tkellem mal-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, is-Sur George Azzopardi.
Azzopardi elenka d-dettalji dwar l-elezzjoni ta’ nhar is-Sibt li ġej.
Il-pubbliku ser ikun jista’ jsegwi l-andament tal-elezzjoni u l-għadd tal-vot permezz ta’ programm speċjali fuq ONE, is-Sibt wara nofsinhar.
Madankollu dan mhux kollox hekk kif l-għada, il-Ħadd ser tkun qed tingħalaq il-konferenza ġenerali straordinarja tal-Partit Laburista li ser issir fit-Teatru Rialto f’Bormla u li fih bħalissa qed jitħejjew l-aħħar preparamenti.