Is-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista, John Grech, laqa’ fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun, lis-Segretarju Parlamentari għall-Avukat Ġenerali Awstraljan Hugh McDermott fejn fost l-oħrajn iddiskutew ix-xogħol taż-żewġ partiti fuq il-mobilità soċjali.
Flimkien tkellmu wkoll dwar l-importanza tal-politika soċjalista li tinvesti fin-nies u l-importanza tal-edukazzjoni politika f’dinja fejn il-lemin estrem u l-estremiżmu qed ikunu ta’ theddida għad-demokrazija.
Huwa ddiskutew ukoll il-kollaborazzjoni potenzjali bejn iż-żewġ partiti fiż-żmien li ġej speċjalment fejn tidħol il-komunità Maltija fl-Awstralja.