Waqt konferenza fi Brussell, il-komunità internazzjonali wegħdet €7 biljun sabiex tgħin lin-nies fit-Turkija u fis-Sirja wara t-terremot li seħħ ix-xahar li għadda, li ħalla l-ħajja ta’ eluf ta’ persuni.
F’din il-konferenza internazzjonali ħadu sehem aktar minn 60 delegazzjoni mill-Istati membri tal-Unjoni Ewropew u anki msieħba oħra, fosthom in-Nazzjonijiet Uniti u istituzzjonijiet finanzjarji.
Preżenti għal din il-konferenza kien hemm il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, li qalet li kienet ġurnata tajba għas-solidarjetà internazzjonali.