Matul dawn il-jiem qed jintlagħbu l-kompetizzjonijiet tal-Milied organizzati mill-Malta Blackball Federation.
Fin-National Christmas Trophy kellna l-ewwel leg tas-semifinali fejn Jojo’s Birżebbuġa għelbu lil Ħamrun 147 B 11-9 filwaqt li Cospicua Rangers iddominaw il-konfront kontra Ħamrun 147 A tant li rebħu 16-4. Matul din il-ġimgħa jintlagħbu l-partiti tat-tieni leg sabiex jiġu determinati t-timijiet li se jilagħbu l-finali fl-20 ta’ Diċembru.
Fir-Regional Christmas Trophy, Qormi Anici Boys għaddew għall-finali wara li għelbu lil Qormi Pinto 21-18. Għadha trid tintlagħab is-semifinali l-oħra bejn San Ġwann Tiki Taka A u San Ġwann Tiki Taka B. Il-finali hi skedata li tintlagħab fid-19 ta’ Diċembru.
Sadanittant matul din il-ġimgħa ntlagħbu l-kwarti tal-finali tal-Community Christmas Cup fejn Qormi San Bastjan, Qormi Anici Calleja Ltd, Siġġiewi Montekristo u Attard Scorpions għaddew għal mal-aħħar erbgħa.
Qormi San Bastjan Boċċi għelbu lil San Ġwann Tiki Taka C 23-21 filwaqt li Qormi Anici Calleja Ltd għelbu lil Qormi Anici Capadocia 21-16.
Siġġiewi Montekristo rebħu 21-19 lil PL Balzan filwaqt li Attard Scorpions kisbu rebħa tajba ta’ 21-13 kontra Gżira Titans.
Il-finali ta’ din il-kompetizzjoni se ssir fit-18 ta’ Diċembru.