Erba’ timijiet għaddew għas-semifinali tal-Community Easter Cup wara li rnexxielhom jirbħu l-kwarti tal-finali rispettiva tagħhom. Fil-fatt, PL Floriana, Qormi Anici Cappadocia, Qormi Anici Calleja Ltd u PL Balzan qatgħu passaġġ għal din il-fażi wara rebħiet tajba li għamlu fuq żewġ legs.
PL Balzan u Qormi Anici Calleja Ltd kisbu skor identiku ta’ 21-15 kontra Qormi San Bastjan Boċċi u San Ġwann Tiki Taka C rispettivament.
Sadanittant PL Floriana ma sabuhiex faċli kontra Żebbuġ St Joseph tant li rebħu 21-18 filwaqt li Qormi Anici Cappadocia kisbu rebħa tajba ta’ Selmun Sports Club B 21-16.
Matul il-ġurnata tal-lum, jintlagħbu l-ewwel legs tas-semifinali hekk kif PL Floriana jilagħbu kontra Qormi Anici Cappadocia filwaqt li PL Balzan jaffaċċjaw lil Qormi Anici Calleja Ltd.
Matul din il-ġimgħa jintlagħbu wkoll is-semifinali tar-Regional Easter Cup b’San Ġwann Tiki Taka A jilagħbu kontra Qormi Anici Boys filwaqt li Qormi Pinto għandhom impenn kontra Cospicua Rangers B.