Kompla jinstema l-ġuri tal-każ tal-qtil ta’ Vittorio Cassone fejn kien imiss lill-eks supretendent tal-Pulizija Chris Pullicino jixhed dwar l-evidenza li kiseb tul tlettax-il sena ta’ kumpilazzjoni.
Quddiem il-ġurati, Pullicino qal li l-kok li kien xogħol fir-ristorant tlettax-il sena ilu kien identifika lill-akkużat bħala r-raġel li daħal jagħmel hold-up fir-ristorant bl-isem ta’ Chef Italy Food u li spara lill-Cassone f’ sidru, u tant kemm kien aġitat meta raħ fil-line up, li kellu jinżamm milli jmur jattakkah.
Għall-ewwel, sforz il-biża, kemm hu u kif ukoll ħaddiem ieħor li kienu fil-ħanut li kien interrogat, qalu li ma jagħrfu lil ħadd. Meta ammetta li qed jagħrfu, il-kok stqarr li ħass li neħħa piż minn fuq sidru.
Isem l-akkużat qed jinżamm mill-pubblikazzjoni peress li huwa kien għadu minorenni fiż-żmien li seħħ il-qtil.