L-Awstralja poġġiet il-koala bħala annimal li qiegħed fil-periklu li jispiċċa.
Ġie rrappurtat kif dan ġara kawża ta’ ħafna affarijiet, primarjament minħabba nirien qawwija fil-foresti, nixfa u anke diżastri naturali oħra.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-fatt fin-nirien qawwija li ħakmu lill-foresti fl-Awstralja, huwa mifhum li nqatlu aktar minn 5,000 koala u nqered madwar 24% tal-abitat tagħhom.
Il-Gvern Federali qed jappella sabiex ikun hemm aktar ħidma ħalli din l-ispeċi ma tinqeridx u n-numri tal-koalas ma jibqgħux neżlin b’mod sostanzjali.
Studji wrew ukoll kif il-koalas jistgħu jiġu estinti sas-sena 2050.