Il-ko-fundatur tal-kumpanija Apple, Steve Wozniak, issa se jibda proġett ġdid, din id-darba bbażat f’pajjiżna. Dan hekk kif l-inventur ta’ fama mondjali ħabbar li se jkun qed jibbaża l-kumpanija tiegħu EFFORCE. Din il-kumpanija se toħloq l-opportunità li wieħed ikun jista’ jinvesti flusu fuq proġetti li joħolqu l-enerġija b’mod effiċjenti. Biex hekk l-investiment li jkun għamlu idawru fi profitt. Kumpanija li bħala mezz ta’ sigurta se tkun qed tuża s-sistema blockchain.
Steve Wozniak spjega kif huwa u jagħmel il-proċess biex iwaqqaf il-kumpanija f’pajjiżna reġa’ ħassu mar lura mill-ġdid għal meta kien qed iwaqqaf il-kumpanija Apple li bid-differenza li din id-darba ġewwa Malta. Huwa saħaq li l-fatt li l-kumpanija kienet ġejja Malta ħajru iżjed sabiex jingħaqad ma’ din il-kumpanija.
“When I heard about Malta I joined the company partly because they were going to take a brave step and have tokenised securities in Malta and that the Maltese, parts of the Maltese government are very favourable towards moving forward in the modern world and working, takes a government to work to keep the regulation in there as well you got to protect clients. So I was enamoured by it but it was just amazingly Malta is a place I’ve looked at in Maps and said ‘Oh my gosh I would like to, you know, live there someday. What a great place. It’s been on my mind for decades.”
Il-ko-fundatur tal-kumpanija EFFORCE saħaq li l-mentalità miftuħa li għandha Malta għan-negozju hija waħda mill-fatturi li kompliet tikkonvinċieħ sabiex jibbaża l-kumpanija f’pajjiżna.
Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi finanzjarji, ekonomija diġitali u innovazzjoni, Silvio Schembri saħaq li li jkollok ikona bħal m’hu Wozniak li jibbaża l-kumpanija tiegħu f’pajjiżna huwa reklam qawwi ħafna għal pajjiżna.
“Dan huwa ikona fid-dinja, fejn jidħol qasam ta’ teknoloġija u l-fatt li issa l-kumpanija tiegħu li jmiss, l-avventura li jmiss, qiegħed ‘owner’ fiha u l-head office tagħha għamlu propju hawn Malta fejn illum ffirma l-kuntratt tagħha wkoll u qed naraw li l-kumpanija qiegħda ssir minn ġewwa Malta, dik għalina tfisser ħafna.”
Bejn l-ewwel ta’ Ottubru u l-4 ta’ Ottubru pajjiżna se jospita wkoll it-tieni edizzjoni tad-Delta Summit. Summit li filwaqt li s-sena l-oħra kien iffukat biss fuq blockchain, din is-sena se jkun qed jitratta iżjed temi fosthom l-Inteliġenza Artifiċjali, Video Game Development u Esports. Dan sabiex jinkorpora fih ix-xogħol kollu li sar fis-settur tul din is-sena.
Dan is-summit se jsir fl-ewwel ‘ Malta Tech Week’ li se ssir bejn it-30 ta’ Settembru u s-6 ta’ Ottubru.