Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, li anki kien ikkummisjona studju dwar ix-xiri ta’ proprjetà miż-żgħażagħ, qal li għotja ta’ elf ewro kull sena għal għaxar snin għal dawk li jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom hija waħda pożittiva.
Veronika Sytnyk, il-Kummissarju għas-Servizzi taż-Żgħażagħ fi ħdan il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ innutat kif b’din il-proposta se tiġi offruta spalla liż-żgħażagħ.
“Għalhekk nemmnu li din il-proposta flimkien ma’ policies oħra għandha sservi bħala pass tajjeb, pass importanti sabiex fl-aħħar mill-aħħar nagħtu aktar appoġġ għaż-żgħażagħ fejn jidħol pass daqstant importanti bħax-xiri tal-ewwel proprjetà.”
L-għajnuna oħra lill-first time buyers kienet imfissra bħala waħda importanti f’mument li jittieħed pass importanti fost oħrajn minn koppji żgħażagħ.
“Nemmen li meta jasal dan il-waqt se jkun pass importanti ħafna għalija bħal ma se jkun għal ħafna żgħażagħ oħra, nixtieq li dejjem ikun hemm dan il-pjan ħolistiku sabiex dejjem insib għajnuna sabiex nagħmel dan il-pass daqstant importanti.”
AQRA AKTAR: