II-Knisja f’Malta u Għawdex ippubblikat Safeguarding Policy ġdida li tistabbilixxi standards ogħla għall-entitajiet tal-Knisja u li tagħti prijorità ogħla lilI-benesseri tal-vittmi, inkluż tfal, li jsofru minn xi tip ta’ abbuż fi ħdanha.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet ġie spjegat li, permezz tal-policy, se jkunu qed jinħolqu strutturi li jindirizzaw I-allegazzjonijiet li jsiru kemm fil-konfront ta’ membri tal-kleru kif ukoll fil-konfront ta’ impjegati jew voluntieri.
Din il-policy ġiet iffirmata mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, I-Isqof t’Għawdex Anton Teuma u I-provinċjali tal-Konferenza tas-Superjuri Maġġuri Reliġjużi.
Sadanittant intqal kif iI-miżuri ewlenin tal-policy jinkludu t-twaqqif ta’ strutturi li jiżguraw investigazzionijiet preliminari u assessjar tar-riskju imparzjali, proċeduri mtejbin ta’ reklutaġġ u kodiċi ġdid, li jiddefinixxi kif il-persuni involuti fil-Knisja għandhom iġibu rwieħhom kemm waqt li qed jaħdmu mal-minuri u l-adulti vulnerabbli kif ukoll waqt li qed jikkomunikaw magħhom onlajn.
II-Kap tas-Safeguarding Mark Pellicano qal kif din il-policy hi riżultat ta’ konsultazzionijiet estensivi mal-vittmi, esperti tas-safeguarding, mexxejja tal-entitajiet tal-Knisja u korpi regolatorji.
Ġie spjegat kif il-policy tagħti dettalji dwar il-ħidma preventiva li I-Knisja għandha tiffoka fuqha, tistabbilixxi linji gwida għall-mod kif jiġu magħżulin in-nies li jaħdmu mal-Knisja u tiddeskrivi t-taħriġ regolari fil-qasam tas-safeguarding li I-ħaddiema kollha fil-Knisja għandhom jingħataw biex jinħoloq ambjent aktar sigur, inklussiv u ta’ appoġġ għal kulħadd.
Irrimarka kif I-għan tal-policy, li qabel kienet tiffoka l-aktar fuq abbuż sesswali, issa tinkludi wkoll każi oħrajn ta’ ħarsien, fosthom abbużi emozzjonali, spiritwali, fiżiċi u onlajn.