Fi stqarrija l-Arċidjoċesi ta’ Malta qalet li fid-dawl tad-direttivi l-ġodda maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa, il-Knisja qed tissospendi minnufih il-laqgħat tal-gruppi tagħha li jsiru b’mod fiżiku, inkluż is-sessjonijiet ta’ katekeżi tat-tfal.
Fi stqarrija l-Kurja qalet li filwaqt li tapprezza li għadd ta’ laqgħat diġà qed isiru online, qed tkompli tinkoraġġixxi biex, fejn hu possibbli, dawn l-inizjattivi pastorali jkomplu b’mod virtwali.
Din id-direttiva se terġa’ tiġi kkunsidrata wara l-11 ta’ April li ġej.
Il-Knisja qed tkompli biex nieħdu ħsieb xulxin billi nosservaw id-direttivi għall-ħarsien tas-saħħa.