Il-Knisja għadha kif ikknfermat id-deċiżjoni li ma jsirx ħruq tan-nar minn fuq il-knejjes.
Fi stqarrija, il-Knisja qalet li d-deċiżjoni oriġinali, li kienet ittieħdet fl-4 ta’ Mejju li għadda, ġiet diskussa ma’ diversi esperti u għaqdiet tan-nar qabel ma llum ingħata l-verdett finali.
Il-Knisja qalet li diversi parroċċi u għaqdiet tan-nar sabu postijiet alternattivi biex jinħaraw il-logħob tan-nar.