Il-Knisja f’Malta rnexxielha tiġbor is-somma ta’ € 224,873 għall-vittmi tat-terremot li laqat iċ-ċentru tal-Italja fl-24 ta’ Awwissu. Dan it-terremot ħalla bosta persuni mejta u numru kbir ta’ persuni midruba.
Kien propju wara dan it-terremot li l-Knisja f’Malta fetħet dan il-fond. Il-ġbir sar minn diversi parroċċi kif ukoll donazzjonijiet li ġew depożitati fil-fond ta’ Emerġenza ta’ Caritas Malta.
Din is-somma ngħatat lil Caritas Italja li flimkien ma’ Caritas International li pprovdew l-ewwel għajnuna u assistenza lill-vittmi tat-terremot, li fost oħrajn pprovdiet madwar 1,200 ikla kuljum.