Il-Knisja ħabbret li għal sena oħra mhux se jsiru l-pellegrinaġġi, il-purċissjonijiet u manifestazzjonijiet matul ir-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa.
Fi stqarrija, il-Kurja qalet li se tibqa’ tevalwa s-sitwazzjoni tas-saħħa pubblika u aktar ’il quddiem se toħroġ direttivi dwar kif għandha tiġi ċċelebrata l-liturġija tat-tridu tal-Għid il-Kbir.
L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex ħeġġew lill-pubbliku biex ikompli josserva d-direttivi għall-ħarsien tas-saħħa.