It-Tlieta, il-Papa Franġisku biddel il-liġi kriminali tas-Santa Sede, fejn żdiedu direttivi li jikkastigaw lill-qassisin li jwettqu abbużi sesswali fuq minoreni.
Dawn id-direttivi qed isiru skont ix-xewqa tal-Papa Franġisku sabiex ikun hemm ġustizzja fuq dawn il-vittmi.
Minn mindu sar il-Kap tal-Knisja Kattolika, fl-2013, il-Papa Franġisku ra sabiex jiġġieled kontra dawn l-iskandli fil-Knisja madwar id-dinja.
Din il-liġi l-ġdida tgħid li qassis li jkun għamel dan l-att għandu jitneħħa immedjatament mill-Knisja u anke li jkun hemm aktar kastigi, skont il-liġi.
Dawn il-bidliet mistennija jidħlu fis-seħħ f’Diċembru li ġej.