L-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna ddikjara l-Knisja ta’ San Ġużepp fl-Imsida bħala Arċipretali.
Il-Kanonku Dun Simon Scibberras se jkun l-ewwel Arċipriet ta’ din il-parroċċa.
Dan ġie magħruf minn Digriet li kien moqri mill-Ġudizzjarju Dun Brandon Mark Gatt.