Permezz ta’ stqarrija l-Patrijiet Franġiskani tal-Knisja ta’ Ġieżu r-Rabat, qed jappellaw għall-għajnuna tal-pubbliku hekk kif għandhom bżonn kull tip ta’ għajnuna finanzjarja biex itaffu mill-ispejjeż li għandhom biex tissewwa l-Knisja ta’ Ġieżu li ġarrbet ħsarat estensivi wara li ċeda parti mis-saqaf.
Huma sostnew li għalkemm se jkunu qed jingħataw għajnuna li ġiet mwegħda mill-Gvern u entitajiet oħra, sfortunatament dan ma jfissirx li dawn se jkunu qed jidħlu għall-ispiża totali tat-tiswijiet u tal-proġett kollu.
Wara li ġie mnaddaf kważi it-terrapien li waqà mis-saqaf kollu, spjegaw kif l-altar inqered għal kollox, u b’hekk irid isir altar tal-irħam ġdid. Fejn qabel kienu qed jaqħsbu li ma kienx hemm ħafna ħsarat fuq l-art tal-presbiterju, l-art tal-altar, issa li inkixfet l-art, indunaw li parti sostanzjali minnha ġiet meqruda, u allura trid issir mill-ġdid ukoll.