Il-Knisja ħabbret li hemm 1,800 post vakant biex jintela’ mill-istudenti fl-iskejjel tagħha.
B’kollox hemm 1,848 post vakanti għall-istudenti: 1,596 f’Malta u 252 f’Għawdex.
Hija ħabbret ukoll li bejn it-23 ta’ Novembru u t-2 ta’ Diċembru li ġej se tkun tilqa’ l-applikalkazzjonijiet tal-‘Ewwel Kriterju’ jiġifieri, tfal li huma fi djar tal-Knisja, tfal tal-impjegati tal-iskejjel tal-Knisja u tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, aħwa li jistgħu jinkitbu fl-istess skola ta’ ħuthom, transfers bejn skejjel tal-istess entità reliġjuża, u tfal li qegħdin fi skejjel tal-Knisja bla kontinwità.
Filwaqt li l-applikazzjoni l-oħra se jkunu miftuħa bejn l-1 u l-14 ta’ Frar 2022.
Għada l-Knisja se tippubblika r-regolarmenti fuq il-websajt tal-Arċidjoċesi ta’ Malta www.knisja.mt.
L-applikazzjonijiet se jsiru kollha online.