Wara baraxx ta’ kritika dwar applikazzjoni ta’ żvilupp fuq sit tagħha bl-isem ta’ Villa Schinas, fi Triq Rudolfo, f’Tas-Sliema, li kien iservi wkoll bħala ċentru taż-żgħażagħ fl-imgħoddi, il-Kurja ħabbret li talbet lis-sieħeb kummerċjali, li ngħata emfitewsi ta’ 50 sena fuq il-post, biex jerġa’ jibdel il-pjanti.
L-applikazzjoni ta’ żvilupp fuq l-art tal-Knisja għall-bini ta’ blokka ta’ ħames appartamenti mill-grupp ta’ Żaren Vassallo qanqlet rabja kbira fost ir-residenti Slimiżi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Kurja qalet li kienet sforzata tidħol fi sħubija mal-privat minħabba nuqqas ta’ fondi mill-parroċċa, li tamministra l-post, u tentattivi falluti dwar it-triq ’il quddiem mal-awtoritajiet, inkluż il-Kunsill Lokali Slimiż.