Se tiġi rrestawrata l-knisja l-antika tal-Manikata mid-Direttorat tar-Restawr.
Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kulutra u Gvern Lokali, Owen Bonnici li żar il-knisja tal-Manikata ddedikata lil San Ġużepp. Ir-restawr se jsir mid-Direttorat tar-restawr.
Il-ministru Owen Bonnici saħaq kif dan ir-restawr qed isir grazzi għar-reba’ skema ta’ Xogħlijiet ta’ Restawr għall-Kunsilli Lokali li minnha qed tibbenefika l-Manikata bħala parti mill-lokalità tal-Mellieħa.
Fost ix-xogħlijiet ta’ restawr li se jsiru se jiġi indirizzat ir-restawr tat-tessut tal-ġebel deterjorat fejn hemm bżonn, it-tneħħija ta’ kisi bis-siment, tikħil, u l-istabbilizzazzjoni ta’ qxur tal-ġebel maqlugħ.
Se jsir ukoll intervent biex jitnaddaf il-wiċċ mill-veġetazzjoni u depożiti u s-soqfa se jiġu miżmuma.