Il-Knisja Kattolika illum tiċċelebra l-akbar festa liturġika tagħha. Dan hekk kif illum tiċċelebra il-qawmien ta’ Kristu mill-mewt, l-Għid il-Kbir.
Dan hekk kif wara erbgħin jum ta’ sawm u sagrifiċju, dan is-sagrifiċju jwassal għal jum ta’ ferħ u ċelebrazzjoni.
Bħal-lum il-Papa Frangisku jmexxi ċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Għid b’quddiesa fejn wara, kif dejjem isir, jagħti l-barka Urbi et Orbi.
Għat-tieni sena konsekuttiva, nistgħu ngħidu li dan il-Għid se jkun wieħed differenti hekk kif iċ-ċelebrazzjonijiet tas-soltu mhux se jkunu possibbli hekk kif mhux biss pajjiżna, iżda d-dinja kollha tinsab f’ħidma biex tikkontrolla l-pandemija.
Minkejja dan kollu, ma jfissirx li wieħed għandu jinsa lill-qrabatu u sħabu, hekk kif filwaqt li s-soltu forsi jiltaqgħu u jiċċelebraw flimkien, b’telefonata xorta jista’ jkellimhom u jgħaddi r-rispett tiegħu.
Għalkemm forsi wieħed jista’ jagħraf li dan hu żmien differenti u forsi diffiċli hekk kif ma nistgħux niltaqgħu fi gruppi kbar, importanti li wieħed jaħseb dwar kif is-sagrifiċċju żgħir li se jagħmel issa se jħalli frott għall-jiem li ġejjin.