Il-Knisja f’Malta se jkollha erba’ saċerdoti ġodda.
Fi stqarrija l-Kurja Maltija qalet li s-Sibt li ġej se jkun hemm l-ordinazzjoni presbiterali mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna fid-9:30 a.m fil-Bażilika Minuri ta’ Kristu Re, Raħal il-Ġdid.
L-erba’ djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti huma:
Roderick Baldacchino mill-Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun, Joshua Cortis mill-Parroċċa ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun, Jean-Claude Schembri mill-Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun u Mark Scicluna tal-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini.
Ll-istqarrija żiedet tgħid li l-komunità tas-Seminarju u l-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini qed jistiednu lill-Insara biex jingħaqdu magħhom f’mument ta’ talb għal vokazzjonijiet li se jixxandar fuq
il-paġna ta’ Facebook ‘Seminary Vocations Centre’ nhar il-Ħamis, 6 ta’ Mejju fis-7:30p.m.
Il-velja se ssir quddiem il-Knisja ta’ Santa Liberata (tal-Kapuċċini),il-Kalkara, u se titmexxa mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi.