Jekk wieħed jiftakar meta Nas Daily kien f’pajjiżna, kien għamel filmat ta’ minuta fejn qal kemm teżisti propjetà sinjura tal-knisja kemm f’Malta u anke madwar id-dinja meta wieħed jista’ jfaħħar lil Alla kullimkien u minn kull post. Nas Daily qal li ma jifhimx għaliex ma jinbiegħux dawn il-propjetajiet u l-flus jingħataw lill-fqar.
Min-naħa l-oħra True Light Catholic Media ħarġet filmat fejn spjegat għaliex dan ma jsirx. Il-filmat jispjega li l-bniedem minn dejjem bena u rranġa postijiet mill-isbaħ bħala sinifikat għal dak li jgħożż ma’ qalbu. Il-Filmat jistaqsi saħansitra għaliex jinbena grawnd tal-futbol meta dan jista’ jintlagħab ġo għalqa? Jistaqsi mistoqsijiet oħra u t-tweġiba hija li l-umanità tagħti valur għall-imħabba. Anke meta wieħed jagħti rigal; il-ħbiberija ma tibbażax fuq ir-rigal imma dan juri espressjoni ta’ mħabba u gratitudni fost l-oħrajn.
Fl-aħħarnett il-filmat jispicca billi jispjega li dawn il-postijiet huma wkoll parti mill-wirt storiku ta’ missierijietna. Ovvjament, dejjem jibqa’ l-fatt li hemm aktar xi jsir biex ngħinu lil min hu fil-bżonn.