Rapporti fil-mezzi tax-xandir internazzjonali qed jgħidu li l-Knisja li sfat maħkuma minn terroristi tal-ISIS fi Franza llum kienet parti minn lista ta’ postijiet fil-mira mill-istess grupp terroristiku.
Din il-Knisja kienet f’lista misjuba waqt tfittxija fil-moħba ta’ suspettat ieħor is-sena li għaddiet, l-estremist Sid Ahmed Ghlam. Dan tal-aħħar prova jwettaq attakk terroristiku iżda fallielu, aktarx taħt it-tmexxija ta’ Abdelhamid Abaaoud, li hu mifhum li huwa l-moħħ wara attakki f’Pariġi f’Novembru li għadda li ħallew 130 persuna mejta. Abaauod kien inqatel mill-pulizija waqt operazzjoni ta’ tfittxija.
Wieħed miż-żewġt’irġiel li ħanxru għonq qassis dalgħodu kien magħruf mall-Pulizija Franċia u prova jmur is-Sirja s-sena li għaddiet. Il-Pulizija wettqet tfittxija f’dar f’Saint-Etienne-du-Rovray wara l-attakk.
Il-President Franċiż Francois Hollande żar ix-xena fejn seħħ id-delitt dalgħodu u stqarr li se jiġġieled lil tal-IS b’kull meżż possibbli. Il-Papa Franġisku tkellem b’sogħba dwar l-uġigħ u t-terrur ta’ dan l-attakk assurd.
Ir-ritratt ta’ fuq juri lill-qassis Jacques Hamel, li kellu 84 sena.