Minn 27 ilment li rċeviet is-Safeguarding Commission tal-Kurja dwar tfal vulnerabbli bejn Frar u Diċembru 2015, kien hemm każ wieħed fejn l-allegazzjoni ġiet sostanzjata. F’dan il-każ il-Kummissjoni rrakomandat li jittieħdu l-passi meħtieġa.
L-ilmenti l-oħra konklużi jew ma ġewx ipprovati jew l-allegazzjoni kienet falza, inkella saru b’mod malizzjuż jew ma kinux jitrattaw abbuż.
Fejn jidħlu adulti vulnerabbli, 3 allegazzjonijiet ġew sostanzjati u l-Kummisjoni rrakomandat li jittieħdu passi meħtieġa.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Kurja ntqal li din irrakomandat li l-Istat iwaqqaf awtorità għall-ħarsien tat-tfal u l-adulti vulnerabbi biex, fost affarijiet oħra, tiġi implimentata sistema ta’ qsim ta’ informazzjoni bejn l-organizazzjonijiet li jaħdmu mat-tfal u l-persuni vulnerabbli.
Talbu wkoll li tiġi riveduta l-proċedura li twassal biex l-ismijiet ta’ persuni jitpoġġew fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri.
Fl-ewwel sena mit-twaqqif tal-Kummisjoni għall-Ħarsien ta’ Tfal u Adulti Vulnerabbli, żewġ terzi tal-ilmenti li kienu jinvolvu minuri ġew konklużi f’inqas minn sitt xhur.