Fl-aħħar waslet il-ġurnata tant mistennija minn dawk il-ħafna nies f’Malta li jħobbu d-drama Maltija. Illejla tibda is-serje IL-KLINIKA, esklussivament fuq ONE
Clayton Pace, madwar 6 snin ilu kiteb u ħareġ il-film ‘id-Destin’, film li apparti li kien imxandar fiċ-ċinema f’Malta u anki barra minn xtutna, ixandar ukoll fuq ONE għal diversi drabi. Ftit nies jafu li Clayton dak iż-żmien kellu żewġ stejjer f’moħħu: Id-Destin u l-istorja li ser tixxandar fil-klinika! Storja li ilha tiġri miegħu għal diversi snin.
Minn naħa l-oħra, l-awtur Martin Grech ukoll kellhu storja interessanti ferm x’jirrakkonta. Wara diversi diskussjonijiet biex jaraw liema storja ser jimxu biha, kienet konversazzjoni f’nofs ta’ lejl li dawn it-tnejn ideċidew li jamalgamaw l-istejjer tagħhom u hemm ħarġet il-famuża klinika! Dan iffisser li il-Klinika hija żewġ stejjer oriġinali li ngħaqdu flimkien!
Kull min jisma’ il-kelma klinika jassoċjaha ma’ sptarijiet, tobba u infermiera fost oħrajn, iżda nistgħu ngħidulkom minn issa li dan m’għandu x’jaqsam xejn ma’ dak li hemm imħejji. Il-Klinika ma hija xejn ħlif key-word għal post makabru li lanqas trid toħlom bih aħseb u ara kemm tgħixu!
Storja b’ingredjenti mħalta: Pika, vendetti, għira, uġiegħ u fuq kollox imhabba b’kast li hu fost l-aqwa atturi li nsibu f’pajjiżna, flimkien ma’ atturi ġodda b’pontenzjal b’saħħtu. Il-Casting ħadu ħsiebu kollu Mixta Drama.
X’jagħmel il-klinika differenti minn oħrajn?
Għall-ewwel darba f’Malta se naraw wrestlers professjonali Maltin joffru spettaklu kif jafu jagħmlu huma biss! Imħarġa minn wrestler professjionali Gianni Valletta. Peress li l-Klinika ammont ta’ xeni minnu hu ambjentat fi Sqallija, il-prduzzjoni (RG3 Productions) ħadet ħsieb li ttella’ numru ta’ atturi u krew biex jinġibdu xi xeni fi Sqallija dan biex l-udjenza tkun tista’ tidħol aktar fid-dinja li l-awturi ħolqu għas-segwaċi.ż
L-ewwel staġun tal-Klinika jinkludi 10 episodji li ser iħallu lis-segwaċi imwaħħlin quddiem it-televiżjoni. Kull episodju jispiċċa b’dak imsejjah cliff hanger, fejn ser iħallu lis-segwaċi jaħsbu u jiddiskut dwar x’ser jiġri fl-episodju ta’ wara!