Illum fetħet il-bibien tagħha għall-ewwel darba, il-klinika l-ġdida fis-Siġġiewi.
Ħabbar dan il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, Roderick Galdes, permezz ta’ messaġġ fuq Facebook fejn spjega kif fl-aħħar din il-ħolma saret realtà.
Tenna kif, “Fl-aħħar snin ħdimt qatigħ biex fil-proġett ta’ housing soċjali fis-Siġġiewi, li fl-aħħar jiem beda jilqa’ fih l-ewwel familji, ikun hemm Klinika tal-Komunità għas-Siġġiwin.”
Hu ħabbar kif il-klinika fiha se jkollha skont il-jiem;
– Nhar ta’ Tnejn – Servizz ta’ Nurse, GP u Speech Language Pathologist
– Nhar ta’ Tlieta – Servizz ta’ GP, Podologist u Speech Language Pathologist
– Nhar t’Erbgħa – Servizz ta Physiotherapy u Speech Language Pathologist
– Nhar ta’ Ħamis – Servizz ta’ Podology, Physiotherapy u Speech Language Pathologist
– Nhar ta’ Ġimgħa – Servizz ta’ Bloodletting, GP u Speech Language Pathologist