Membri tal-fazzjoni ta’ Adrian Delia sebħu l-Belt iwaħħlu banners biex ifakkru lil Bernard Grech li qed jirkeb fuq il-karru tal-kap tal-fazzjoni tagħhom. Adrian Delia kien fetaħ il-kawża meta kien kap tal-partit nazzjonalista, u l-membri tal-grupp parlamentari li eventwalment tawh daqqa ta’ sieq il-barra kienu ddeċidew li ma jappoġjawhx f’dik il-kawża. Illum kollha qed jitkellmu dwarha.
Il-membri tal-fazzjoni Delia din ma neswhiex u dalgħodu marru l-Belt iwaħħlu l-istess banners li meta l-Partit Nazzjonalista organizza protesta l-Pietà kienu talbuhom biex ineħħuhom, f’mossa li ħolqot tensjoni kbira fil-partit.
Fil-protesta tal-lum Bernard Grech se jerġa’ jirrepeti li l-gvern irid jiftaħ kawża biex jiġbor lura €400 miljun mingħand Steward u se jgħid li l-gvern għandu jiftaħ kawża.
Dan minkejja li l-gvern diġa’ ddikjara li l-Oppożizzjoni qed tigdeb meta tgħid li tħallsu €400 miljun lil Steward Healthcare li tagħhom il-pajjiż ma ħa xejn. Dan għax meta Steward Malta kienet qed tmexxi l-isptarijiet, eluf ta’ pazjenti Maltin u Għawdxin ingħataw is-servizzi minn dawn l-isptarijiet u l-Gvern ħallas għalihom, bħalma għadu jħallas illum li ilu xhur li ħa l-kontroll tal-isptarijiet.
L-Oppożizzjoni qed tigdeb ukoll meta tgħid li l-Gvern mhu jagħmel xejn biex jekk tħallset xi ħaġa li l-pajjiż ma ħax lura, dak li ħallas għalih, jiġi rkuprat. Il-Gvern Malti diġà għamel il-każ tiegħu f’arbitraġġ internazzjonali fejn qed jagħmel talbiet fl-interess ta’ Malta.
AQRA WKOLL: