- Għandek tqum fl-istess ħin kuljum
- Matul il-ġurnata tqatta’ ħin għad-dawl
- Tagħmel eżerċizzju fiżiku
- Evita’ li tikkonsma kaffeina wara nofsinhar
Dawn huma uħud mir-rakkomandazzjonijiet għal persuni li għandhom ‘il fuq minn 50 sena skont ir-rapport tal-Global Council on Brain Health. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom l-għan li persuna ta’ etá medja ma ssibx aktar diffikultá biex torqod matul il-lejl.
Ir-rapport jgħid li aktar ma nikbru aktar naffaċċjaw diffikultá biex nieħdu raqda tajba matul il-lejl u li għalhekk jeħtieġ li nsegwu dawn il-linji gwida. Fost oħrajn jissuġġerrixxu li persuna ta’ etá medja u l-anzjani m’għandhomx jikkunsmaw café jew te wara nofsinhar u li m’għandiex torqod aktar minn nofs siegħa matul il-ġurnata.
Persuni li għandhom ‘il fuq minn 50 sena għandhom ukoll jevitaw li jikkunsmaw l-alkoħol qabel jorqdu hekk kif il-ġisem idum bejn sagħtejn u tliet sigħat biex jelimina l-alkoħol u għalhekk jaf iżommok imqajjem meta jkun sar il-ħin biex torqod jew saħanistra jqajjmek matul il-lejl. L-istess għandhom jagħmlu dawk li jpejpu, ir-rapport jissuġġerrixxi li għandek tevita li tpejjep bejn erba’ u sitt sigħat qabel tidħol torqod.
Biex persuna tistrieħ u tħossha tajba mentalment għandha torqod bejn seba’ u tmien sigħat kull lejl. Fost ir-rakkommandazzjonijiet insibu wkoll li persuni li jraqqdu l-annimali magħhom fis-sodda m’għandhomx jagħmlu dan jekk b’xi mod jew ieħor iqajmuhom matul il-lejl. Il-kamra tas-sodda għandha ukoll tintuża biss għall-irqad u għalhekk m’għandekx tuża’ l-mobajl, tara t-televiżjoni jew taqra l-imejls x’ħin tidħol f’din il-kamra, skont ir-rapport.
Dawn huma ftit mir-rakkomandazzjonijiet li għamel dan ir-rapport u li l-għan ewlieni tiegħu huwa li jservi bħala linja gwida għal persuni li għandom aktar minn 50 sena biex jorqdu tajjeb matul il-lejl.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/01/GCBH_Sleep-Brain-Connection.pdf”]