Studju fl-Istati Uniti juri li l-istress fost l-istudenti jista’ jonqos billi jqattgħu iżjed ħin mal-klieb. Dan għaliex il-klieb jgħinu lill-istudenti jħossuhom aktar kalmi u ssapportjati soċjalment. Xjenzati jistqarru li għandhom evidenza li tapprova dan.
Fl-Università ta’ Washington, sar esperiment li juri li aktar ma wieħed iqatta’ ħin mal-klieb aktar huwa ta’ benefiċċju. Dan l-istudju wera wkoll li studenti li kienu jinsabu f’riskju akkademiku jew li jridu jitterminaw il-kors tagħhom, ħassewhom aktar rilassati u aċċettati wara dawn is-sezzjonijiet. L-interazzjoni mal-klieb għenithom ukoll biex jikkonċentraw, jitgħallmu u jiftakru l-informazzjoni.
Fl-Istati Uniti aktar minn 1,000 kampus qegħdin jipprovdu s-servizz tat-terapija tal-annimali għall-istudenti tagħhom. Din it-terapija saret komuni wkoll fir-Renju Unit, fosthom: fl-Universitajiet ta’ Buckingham, Londra, Cambridge, u oħrajn.
L-Università ta’ Middlesex marret pass oltre għaliex introduċiet klieb bħala parti mill-istaff akkademiku sabiex biex dawn ikunu jistgħu jgħinu aktar lill-istudenti li jħossuhom waħedhom. B’hekk jitnaqqas l-ammont ta’ studenti li jieqfu kmieni mill-istudji tagħhom.