Il-KLabb tar-Regatta Birgu nieda l-Akkademja tal-Qdif għaż-Żgħażagħ. Din hi opportunità unika għaż-żgħażagħ biex jitgħallmu l-arti tradizzjonali tal-qdif malti filwaqt li jibnu saħħa, jaħdmu f’tim u jrawmu ħbiberiji.
Dan il-proġett ġie ffinanzjat permezz tal-Voluntary Organisations Project Scheme (VOPS) amministrat mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS), appoġġjat mill-Ministeru għall-Inklużjoni u s-Settur tal-Volontarjat (MIV).
L-Akkademja se toffri liż-żgħażagħ taħriġ professjonali fil-qdif tradizzjoni malti li jwassalhom sabiex jirrappreżentaw lill-Birgu fil-kategorija ta’ taħt it-18-il sena fl-avvenimenti nazzjonali li jsiru f’Jum il-Ħelsien u f’Jum il-Vittorja.
Dawk it-tfal u zghazagh minn 12 -il sena ‘l fuq, huma mħeġġa sabiex ikunu parti mill-akkademja tal-qdif.
