Il-Ħadd 18 ta’ Diċembru, il-Klabb tal-Waterpolo ta’ Birżebbuġa organizza għawma għall-karità, u li saret fil-pixxina tal-istess klabb b’risq il-Malta Community Chest Fund.
Matul l-għawma nġabru donazzjonijiet, li l-klabb se jippreżenta flimkien ma’ donazzjonijiet oħra li jammontaw għal €2,000 miġbura f’attivitajiiet oħra li saru matul is-sena, nhar jum l-Istrina, li ssir kull sena fis-26 ta’ Diċembru.
Apparti l-għawma saret ukoll wirja mill-Old Motor Cars filwaqt li nbiegħu ħelu relatat ma’ dawn iż-żminijiet tal-Milied, li l-qligħ tagħhom se jiżdied mad-donazzjonijiet li bosta offrew ilbieraħ waqt l-istess attività. I
l-Klabb tal-Waterpolo ta’ Birżebbuġa jirringrazzja lil dawk kollha li kienu parti minn din l-attività b’għan nobbli, kif ukoll lis-St. John’s Ambulance biex b’hekk setgħet tkun attività oħra ta’ suċċess.