Il-klabb tal-futbol tal-Belt ġie immultat wara li plejers ta’ Valletta FC inqabdu jitħarrġu fi grupp fil-grawnd ta’ Dingli Swallows FC, li jinkera mill-klabb Belti għat-taħriġ.
Bħalissa faċilitajiet sportivi, ma jistgħux jiftħu minħabba l-pandemija u min jikser ir-regolamenti jeħel multa ta’ €3,000.
Sorsi qalulna li ilbieraħ daħal rapport li kien hemm xi nies fil-grawnd ta’ Ħad Dingli, li huwa mikri esklussivament għall-klabb tal-Belt.
Il-pulizija u uffiċjali mill-awtoritajiet tas-saħħa marru l-grawnd ta’ Ħad Dingli u sabu tliet persuni fosthom plejers jagħmlu t-taħriġ.
Rapporti qalu li l-klabb mistenni jikkontesta minn din id-deċiżjoni.
Sa issa għadu mhux magħruf jekk il-kampjonat Premier hux se jkompli wara li l-awtoritajiet tas-saħħa għadhom ma tawx permezz biex jissoktaw attivitajiet sportivi.
Bħalissa t-tim tal-Belt qiegħed tliet punti taħt ir-rivali Floriana li jinsab fl-ewwel post tal-klassifika.